Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Marzu 2012

20 ta' Marzu 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Marzu 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.0 biljun għal EUR 250.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta’ Marzu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.6 biljun USD 2.3 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 347.0 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 869.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 138.9 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 89.1 biljun għal EUR 172.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 17.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 42.2 biljun. Fl-istess jum immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 14.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 9.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Marzu 2012 immaturaw ukoll depożiti fissi ta’ EUR 219.5 biljun u nġabru depożiti ġodda ta’ EUR 218-il biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 11.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 758.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 798.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 283.4 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għamel tajjeb għat-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Marzu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 217.8 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 57.0 biljun u EUR 8.7 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 34.2 biljun għal EUR 132.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,449 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 246,561 −418
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,841 −20
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
159,719 −397
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 71,354 987
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,018 −2,345
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,018 −2,345
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,149,485 31,212
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 42,178 24,638
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,095,505 −4,571
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 11,784 11,151
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 17 −6
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 55,269 −2,611
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 630,446 −676
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 283,399 389
7.2 Titoli oħra 347,047 −1,065
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 31,176 0
9 Assi oħra 360,536 −45,638
Assi Totali 2,986,294 −19,488
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 869,106 −1,500
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,109,076 −23,626
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 132,173 34,229
2.2 Faċilità ta’ depożitu 758,754 −39,200
2.3 Depożiti fissi 218,000 −1,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 150 −17,155
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,529 −5,826
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 152,956 7,002
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 138,933 4,632
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 14,024 2,370
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,408 1,114
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,901 −10
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,376 −423
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,376 −423
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 215,971 3,780
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,029 0
12 Kapitali u riżervi 83,000 0
Total tal-passiv 2,986,294 −19,488

Kuntatti midja