Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Marzu 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Marzu 2012 iż-żieda ta’ EUR 4 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.2 biljun għal EUR 249.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
8 ta’ Marzu 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 3.5 biljun | USD 1.6 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 348.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) baqgħu kważi l-istess, jiġifieri EUR 870.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 134.3 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 10.6 biljun għal EUR 83.5 biljun. Nhar it-Tlieta 6 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 29.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 17.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 219.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 798 biljun (imqabbel ma’ EUR 820.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 283 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għal titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, li għamlu tajjeb għax-xiri konkluż matul il-ġimgħa kemm skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kif ukoll skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Marzu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien EUR 217.8 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien EUR 57.2 biljun u EUR 8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.5 biljun għal EUR 97.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 423,449 | 4 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 246,978 | −3 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,862 | 19 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
160,117 | −22 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 70,367 | −1,744 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,363 | −2,906 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,363 | −2,906 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,118,273 | −12,079 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 17,541 | −11,928 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,100,076 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 632 | −151 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 23 | −1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 57,880 | −1,381 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 631,122 | −591 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 283,011 | −1,070 | |
7.2 | Titoli oħra | 348,112 | 479 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 31,176 | 0 | |
9 | Assi oħra | 406,174 | 1,324 | |
Assi Totali | 3,005,782 | −17,377 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 870,605 | 49 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,132,702 | −16,162 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 97,943 | 6,541 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 797,953 | −22,866 | |
2.3 | Depożiti fissi | 219,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 17,305 | 163 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,355 | −13 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 145,954 | −1,192 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 134,300 | −1,074 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,654 | −118 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 92,293 | 1,403 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,910 | −502 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,800 | −61 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,800 | −61 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,942 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 212,191 | −909 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 394,029 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 83,000 | 10 | |
Total tal-passiv | 3,005,782 | −17,377 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja