Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Marzu 2012

6 ta' Marzu 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Marzu 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 26.2 biljun għal EUR 250.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta’ Marzu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.6 biljun USD 3.5 biljun
1 ta’ Marzu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 50.7 biljun USD 14.5 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 347.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.2 biljun għal EUR 870.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.9 biljun għal EUR 135.4 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 47.1 biljun għal EUR 72.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Frar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 166.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 29.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 219.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 38.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 6.5 biljun, b’maturità ta’ 91 jum. Fl-istess jum immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 49.8 biljun, b’maturità ta’ 203 jum. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2012 ġiet konkluża wkoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 529.5 biljun, b’maturità ta’ 1,092 jum.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 820.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 477.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 284.1 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Marzu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 219.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 57.2 biljun u EUR 7.6 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.3 biljun għal EUR 91.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,445 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 246,981 1,703
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,843 1,326
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,138 377
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 72,110 −27,763
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,269 −532
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,269 −532
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,130,352 310,670
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 29,469 −137,021
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,100,076 447,979
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 783 −237
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 24 −51
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,261 −5,402
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 631,714 5,239
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 284,080 471
7.2 Titoli oħra 347,633 4,768
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 31,176 0
9 Assi oħra 404,851 46,646
Assi Totali 3,023,159 330,561
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 870,556 3,160
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,148,864 355,464
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 91,402 −2,274
2.2 Faċilità ta’ depożitu 820,819 343,494
2.3 Depożiti fissi 219,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 17,143 14,244
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,368 5,039
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 147,146 −6,494
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 135,375 −6,863
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,771 369
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,890 −24,961
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,413 −358
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,861 524
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,861 524
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 213,100 −2,814
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,029 0
12 Kapitali u riżervi 82,990 1,000
Total tal-passiv 3,023,159 330,561

Kuntatti midja