Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-17 ta’ Frar 2012

21 ta' Frar 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Frar 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 277.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
16 ta’ Frar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 4.1 biljun USD 3.7 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) baqgħu kważi kif kienu, jiġifieri EUR 341.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 869.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 16.3 biljun għal EUR 100.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 63.2 biljun għal EUR 121.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 109.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 142.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 219-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 219.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 38.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 14.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 454.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 507.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 283 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u għal titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Frar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 219.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 57.2 biljun u EUR 6.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 49.3 biljun għal EUR 132.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,445 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 245,805 696
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,517 −4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,288 701
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 99,629 −1,000
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,512 −424
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,512 −424
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 796,332 9,077
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 142,751 33,289
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 652,097 −24,409
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,436 222
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 48 −26
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 69,197 −1,141
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 624,679 379
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 283,029 343
7.2 Titoli oħra 341,649 36
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 31,176 0
9 Assi oħra 349,488 −110
Assi Totali 2,663,261 7,476
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 869,355 −619
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 807,200 −4,862
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 132,473 49,264
2.2 Faċilità ta’ depożitu 454,356 −53,520
2.3 Depożiti fissi 219,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 871 −1,106
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,931 −284
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,572 16,317
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 100,466 16,345
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,106 −28
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 118,157 −624
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,701 −313
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,401 82
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,401 82
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 212,316 −2,002
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,029 0
12 Kapitali u riżervi 81,657 −220
Total tal-passiv 2,663,261 7,476

Kuntatti midja