Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Jannar 2012

10 ta' Jannar 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 271.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
5 ta’ Jannar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 6.2 biljun
5 ta’ Jannar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 33 biljun -
5 ta’ Jannar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.4 biljun USD 25.5 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 344.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 883.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14-il biljun għal EUR 79.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 77.6 biljun għal EUR 160.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 144.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 130.6 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 211-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 211.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 14.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 463.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 413.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 274.8 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll għal titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 213.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58.7 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 67.1 biljun għal EUR 156.5 biljun.

Affarijiet oħra

Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Diċembru 2011, ta’ min jinnota li l- obbligazzjonijiet oħra (il-partita 10 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun u l- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bl-istess ammont, minħabba t-trasferiment ta’ ammont pendenti lill-kontroparti rilevanti li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,455 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 246,002 1,381
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,651 −4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,351 1,385
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 95,647 −2,580
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 24,565 −789
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 24,565 −789
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 835,978 −27,590
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 130,622 −14,133
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 703,894 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,391 −13,432
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 71 −26
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,838 −11,814
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 618,969 331
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 274,829 975
7.2 Titoli oħra 344,140 −644
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,926 0
9 Assi oħra 342,491 −6,694
Assi Totali 2,687,871 −47,757
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 883,745 −4,931
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 832,377 −17,101
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 156,466 −67,072
2.2 Faċilità ta’ depożitu 463,565 49,683
2.3 Depożiti fissi 211,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 845 −211
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,066 −1,356
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,723 10,997
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 79,632 14,043
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,091 −3,046
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 124,355 −32,518
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,648 1,082
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,364 −663
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,364 −663
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 210,118 −3,280
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,031 0
12 Kapitali u riżervi 81,503 14
Total tal-passiv 2,687,871 −47,757

Kuntatti midja