Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Diċembru 2011

13 ta' Diċembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Diċembru 2011 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 40.3 biljun għal EUR 236.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
8 ta’ Diċembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.4 biljun USD 1.6 biljun
8 ta’ Diċembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 50.7 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 338 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 879.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8 biljun għal EUR 61.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 28.4 biljun għal EUR 100.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Diċembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 265.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 252.1 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 194.2 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 207 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 7.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 334.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 332.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 268.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ EUR 0.6 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.4 biljun skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 207.6 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59.1 biljun u EUR 2.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.5 biljun għal EUR 139.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,822 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 234,044 2,136
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,308 928
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
152,736 1,208
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 70,105 37,855
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,285 −56
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 28,285 −56
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 642,616 −13,410
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 252,100 −13,356
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 383,005 −48
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 7,407 405
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 104 −412
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89,977 −2,470
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 606,693 962
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 268,703 1,082
7.2 Titoli oħra 337,990 −121
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,932 0
9 Assi oħra 335,339 109
Assi Totali 2,460,813 25,125
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 879,616 5,635
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 681,483 −26,473
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 139,246 −41,457
2.2 Faċilità ta’ depożitu 334,905 2,199
2.3 Depożiti fissi 207,000 12,801
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 333 −16
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,677 1,077
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 70,477 7,378
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 61,505 7,950
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,972 −572
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 88,939 37,739
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,971 −420
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,987 116
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,987 116
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 205,419 73
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,460,813 25,125

Kuntatti midja