Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Novembru 2011

8 ta' Novembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Novembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 193 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
3 ta’ Novembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun USD 0.5 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 867.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 15.8 biljun għal EUR 51 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 64.2 biljun għal EUR 114.3 biljun. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Novembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 197.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 182.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 169.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 173.5 biljun, b’maturità ta’ tmint ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 288.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 248.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 9.5 biljun għal EUR 242.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Novembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 183 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 43.4 biljun għal EUR 135.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,825 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 229,751 1,260
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,270 −136
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,481 1,396
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,845 −839
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 27,256 542
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 27,256 542
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 580,036 −16,407
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 182,773 −14,665
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 395,996 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,237 −1,614
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 29 −127
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 85,528 530
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 578,388 7,049
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 242,225 9,520
7.2 Titoli oħra 336,163 −2,471
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,966 0
9 Assi oħra 341,958 3,046
Assi Totali 2,328,553 −4,820
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 867,080 3,958
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 600,974 4,387
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 135,280 −43,424
2.2 Faċilità ta’ depożitu 288,429 40,372
2.3 Depożiti fissi 173,500 4,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3,766 3,439
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,092 629
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,714 −16,358
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 50,978 −15,807
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,736 −551
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,435 −125
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,657 −143
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,483 97
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,483 97
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 214,875 2,735
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,328,553 −4,820

Kuntatti midja