Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Ottubru 2011

11 ta' Ottubru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ottubru 2011 it-tnaqqis ta’ EUR 181 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti kommemorattivi tad-deheb li sar minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 191 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Ottubru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun USD 0.5 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 338.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 859.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 54.3 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 67.3 biljun għal EUR 163.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ottubru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 208.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 198.9 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 156.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 160.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 255.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 199.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 222.3 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ottubru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 163.0 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 50.7 biljun għal EUR 154.1 biljun.

Affarijiet oħra

Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Settembru 2011, ta’ min jinnota li l- klejms oħra denominati fl-euro fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro (il-partita 6 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun u li l- assi oħra (il-partita 9 tal-attiv) żdiedu bl-istess ammont, minħabba r-riklassifikazzjoni tal-kontijiet li saret minn wieħed mill-banek tal-Eurosistema.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,824 −181
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 226,804 282
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,401 −2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
146,404 284
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 34,593 −734
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,437 743
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,437 743
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 580,690 −8,096
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 198,881 −9,468
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 378,935 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,837 1,423
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 38 −50
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 68,334 16,503
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 560,742 4,080
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 222,253 2,312
7.2 Titoli oħra 338,489 1,767
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,965 0
9 Assi oħra 350,340 −5,440
Assi Totali 2,295,727 7,156
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 859,614 2,242
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 571,514 8,499
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 154,144 −50,727
2.2 Faċilità ta’ depożitu 255,569 55,930
2.3 Depożiti fissi 160,500 4,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,301 −704
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,957 −1,341
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,406 2,666
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 54,294 2,648
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,112 17
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,289 −1,747
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,676 1,200
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,250 −1,552
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,250 −1,552
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 216,779 −2,811
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,295,727 7,156

Kuntatti midja