European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Settembru 2011

5 ta' Ottubru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2011 iż-żieda ta’ EUR 56.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 13.2 biljun għal EUR 191.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għal operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
29 ta’ Settembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun USD 0.5 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 336.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 857.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 51.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 34.1 biljun għal EUR 230.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 201.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 208.3 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 152.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 156.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 132.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 140.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 199.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 150.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 219.9 biljun, minħabba l-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 160.7 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 18.7 biljun għal EUR 204.9 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2011 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 1,206.399 kull uqija fina

USD: 1.3503 kull EUR

JPY: 103.79 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1564 kull DSK

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 420,005 0 56,756
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 226,522 −155 13,659
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,402 −7 3,308
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
146,120 −149 10,351
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,327 1,370 2,385
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,694 −991 48
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,694 −991 48
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 588,786 17,492 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 208,349 7,200 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 378,935 9,299 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,414 939 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 88 54 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,322 2,168 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 556,662 3,601 938
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 219,941 3,756 280
7.2 Titoli oħra 336,721 −155 658
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,965 0 16
9 Assi oħra 355,289 4,192 7,017
Assi Totali 2,288,571 27,677 80,819
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 857,372 4,882 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 563,015 32,985 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 204,871 −18,654 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 199,639 48,988 0
2.3 Depożiti fissi 156,500 4,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,004 −1,349 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,298 −1,264 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,740 −4,665 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 51,646 −4,796 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,094 131 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,036 −6,725 413
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,476 −3 149
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 13,802 765 787
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,802 765 787
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0 2,316
10 Passiv ieħor 219,590 1,702 10,536
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0 66,619
12 Kapitali u riżervi 81,481 0 0
Total tal-passiv 2,288,571 27,677 80,819
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja