Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-19 ta’ Awwissu 2011

23 ta' Awissu 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Awwissu 2011, iż-żieda ta’ EUR 2.0 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ deheb minn bank ċentrali wieħed tal-Eurosistema u negozju f’muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 177.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u bħala riżultat ta’ operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Wara li l-BĊE ħabbar fi stqarrija għall-istampa tad-29 ta’ Ġunju 2011 li kienu ser jibqgħu għaddejjin l-operazzjonijiet għall-provvediment tal-likwidità f’dollari Amerikani, fit-18 ta’ Awwissu 2011 ġiet regolata operazzjoni ta’ sebat ijiem ta’ USD 0.5 biljun. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arrangamenti, reċiproċi u temporanji (linja swap) dwar il-munita, li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stabbilixxa mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 334.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 854.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 51.7 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv minbarra l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 57.1 biljun għal EUR 336.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  157.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 147.7 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 74.0 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 96.0 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 105.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 80.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmumin għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 14.3 biljun għal EUR 170.0 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għal ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Awissu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 110.3 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 42.0 biljun għal EUR 244.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,252 2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 215,876 −70
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,959 49
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
139,917 −120
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,313 540
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,156 −369
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,156 −369
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 538,694 −9,357
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 147,689 −9,384
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 390,830 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 90 84
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 85 −58
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,095 −3,434
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 504,668 12,738
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 169,985 14,291
7.2 Titoli oħra 334,683 −1,553
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 323,649 3,570
Assi Totali 2,076,647 3,621
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 854,587 −3,589
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 447,277 5,788
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 244,830 −41,953
2.2 Faċilità ta’ depożitu 105,911 25,697
2.3 Depożiti fissi 96,000 22,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 536 44
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,180 −1,706
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 60,329 −1,716
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 51,659 −1,822
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,669 106
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,905 4,904
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,589 1
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,863 409
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,863 409
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 203,609 −470
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,076,647 3,621

Kuntatti midja