Rapport Finanzjarju Konsolidat tal-Eurosistema tat- 12 ta’ Awwissu 2011

16 ta' Awissu 2011

Partiti mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Awwissu 2011 deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 tal-attiv) baqgħu ma nbidlux.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 177.5 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 858.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 53.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv minbarra l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 98.3 biljun għal EUR 393.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  172.0 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 157.1 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 67.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 75.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Awwissu 2011 ukoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 74.0 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 49.8 biljun, li kellha maturità ta’ madwar sitt xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 80.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 134.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 22.0 biljun għal EUR 155.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għal ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Awwissu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 96.0 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 127.0 biljun għal EUR 286.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,250 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 215,946 −585
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,909 19
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
140,037 −604
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,772 1,267
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,525 −2,613
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,525 −2,613
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 548,052 42,927
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 157,073 −14,948
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 390,830 57,755
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 6 6
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 143 113
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,528 1,668
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 491,930 22,144
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 155,694 22,000
7.2 Titoli oħra 336,236 144
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 320,079 3,930
Assi Totali 2,073,026 68,736
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 858,176 613
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 441,489 71,642
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 286,783 126,969
2.2 Faċilità ta’ depożitu 80,214 −54,610
2.3 Depożiti fissi 74,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 492 −717
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,886 −2,592
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,044 −437
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 53,481 −553
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,563 116
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,001 877
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,589 77
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,454 856
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,454 856
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 204,079 −2,301
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,073,026 68,736

Kuntatti midja