Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-29 ta’ Lulju 2011

2 ta' Awissu 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Lulju 2011 it-tnaqqis ta’ EUR 1.0 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 177.8 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) baqgħu kważi kif kienu, jiġifieri EUR 350.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 855.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.0 biljun għal EUR 89.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 28.6 biljun għal EUR 372.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Lulju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 197.0 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 164.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 74.0 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Lulju 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 63.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 85.0 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 49.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 32.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 133.7 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li nfdew titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Lulju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.0 biljun u EUR 59.8 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 42.3 biljun għal EUR 208.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,250 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 217,700 −358
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,924 30
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
141,776 −388
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,948 −694
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,849 1,576
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,849 1,576
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 497,371 −11,239
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 164,200 −32,870
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 333,075 21,566
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 28 28
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 68 38
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,248 1,969
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 484,355 −103
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 133,739 −98
7.2 Titoli oħra 350,616 −5
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 298,807 3,262
Assi Totali 2,000,471 −5,589
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 855,737 2,701
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 332,915 −24,941
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 208,285 −42,254
2.2 Faċilità ta’ depożitu 49,867 17,700
2.3 Depożiti fissi 74,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 763 −387
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,155 707
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 97,406 10,135
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 89,455 10,026
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,951 109
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,158 −234
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,555 −1,883
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,153 1,232
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,153 1,232
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 207,083 6,694
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,480 0
Total tal-passiv 2,000,471 −5,589

Kuntatti midja