Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-17 ta’ Ġunju 2011

21 ta' Ġunju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Ġunju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 177.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 342.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 842.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 11.1 biljun għal EUR 59.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 27.1 biljun għal EUR 365.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 102.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 135.6 biljun. Fl-istess jum immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 80.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 69.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2011 immaturaw ukoll depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 75 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 5.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 10.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 1 biljun għal EUR 134.2 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Ġunju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 73.9 biljun u EUR 60.3 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 40.7 biljun għal EUR 238.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,670 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219,072 −549
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,880 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
144,192 −549
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,729 392
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,121 −1,158
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,121 −1,158
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 445,945 22,069
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 135,585 33,143
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 310,303 −11,010
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 5 −37
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 52 −26
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,236 2,602
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 476,561 −1,321
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,172 −1,008
7.2 Titoli oħra 342,389 −313
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,521 0
9 Assi oħra 304,685 −77
Assi Totali 1,914,538 21,959
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 842,671 −827
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 318,507 35,673
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 238,119 40,724
2.2 Faċilità ta’ depożitu 5,371 −5,038
2.3 Depożiti fissi 75,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 16 −13
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,451 −2,949
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 67,065 −11,362
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 59,579 −11,081
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,486 −281
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,646 2,580
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 939 −650
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,996 54
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,996 54
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,612 0
10 Passiv ieħor 190,282 −560
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,479 0
Total tal-passiv 1,914,538 21,959

Kuntatti midja