Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-20 ta’ Mejju 2011

24 ta' Mejju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Mejju 2011, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1 biljun għal EUR 176.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv), għalkemm naqsu bi EUR 28 miljun, baqgħu kważi kif kienu, jiġifieri EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 832 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 57.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 11.1 biljun għal EUR 338.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Mejju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 124.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 119.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi b’ammont ta’ EUR 76 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 17.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 12.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 135.3 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Mejju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.9 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 26.5 biljun għal EUR 217.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,669 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 218,667 1,213
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,812 696
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,854 517
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,766 168
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,771 −1,057
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,771 −1,057
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 432,747 −5,436
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 119,398 −5,356
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 313,276 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 35 −70
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 39 −11
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,522 122
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 471,458 −1,255
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 135,280 −1,228
7.2 Titoli oħra 336,178 −28
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,527 −21
9 Assi oħra 294,744 3,470
Assi Totali 1,895,870 −2,796
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 832,008 −1,338
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 311,020 −20,812
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 217,153 −26,497
2.2 Faċilità ta’ depożitu 17,801 5,695
2.3 Depożiti fissi 76,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 66 −11
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,762 1,253
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,420 14,600
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,774 14,549
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,646 51
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,426 −255
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,401 −3
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,273 378
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,273 378
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,612 0
10 Passiv ieħor 187,871 3,382
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,187 0
Total tal-passiv 1,895,870 −2,796

Kuntatti midja