Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Mejju 2011

17 ta' Mejju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Mejju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 175.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 833.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 43.2 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 22.5 biljun għal EUR 350 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Mejju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 127.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 124.8 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 83.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 80.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Mejju 2011, immaturaw ukoll depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 62.2 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 76 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 12.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 54.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 5 miljun u, għalhekk, baqgħu virtwalment kif kienu fil-livell ta' EUR 136.5 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Mejju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.1 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 28.6 biljun għal EUR 243.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,668 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 217,453 −636
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,116 −6
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,337 −630
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,597 155
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,828 −1,313
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,828 −1,313
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 438,184 −5,778
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 124,754 −2,784
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 313,276 −3,034
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 104 97
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 50 −57
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,399 −1,772
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 472,713 1,294
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 136,508 −5
7.2 Titoli oħra 336,206 1,299
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,548 0
9 Assi oħra 291,274 4,866
Assi Totali 1,898,665 −3,185
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 833,346 −1,353
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 331,832 296
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 243,650 28,622
2.2 Faċilità ta’ depożitu 12,106 −42,138
2.3 Depożiti fissi 76,000 13,823
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 76 −10
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,509 −391
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,819 −2,873
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 43,225 −2,917
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,595 45
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,681 433
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,404 498
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,895 −1,040
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,895 −1,040
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,612 0
10 Passiv ieħor 184,489 1,243
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,187 0
Total tal-passiv 1,898,665 −3,185

Kuntatti midja