Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta’ Marzu 2011

29 ta' Marzu 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Marzu 2011, iż-żieda ta’ EUR 4 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009) u l-fatt li bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema nnegozja muniti tad-deheb.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 187.2 biljun, minħabba l-intervent tat-18 ta’ Marzu 2011, it-transazzjoni swap mal-Bank of Japan, u t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 333.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 822.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 83 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6.2 biljun għal EUR 338.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Marzu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  100.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 89.4 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 19.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 20.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 137.3 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri u titoli li mmaturaw skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Marzu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.7 biljun u EUR 60.6 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 16.1 biljun għal EUR 206.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,436 4
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 232,914 −874
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 76,529 −404
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
156,385 −470
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,588 −20
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,424 −121
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,424 −121
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 435,692 −7,791
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 89,417 −11,126
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 342,863 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3,390 3,339
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 22 −4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,523 −3,205
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 470,684 247
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,336 −622
7.2 Titoli oħra 333,349 869
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,904 0
9 Assi oħra 294,889 −561
Assi Totali 1,928,055 −12,323
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 822,173 −1,688
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 303,329 −17,710
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 206,292 −16,143
2.2 Faċilità ta’ depożitu 19,400 −750
2.3 Depożiti fissi 77,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 138 −817
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,227 350
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,919 5,940
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 83,021 5,907
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,897 33
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,273 1,483
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,591 −438
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,122 −709
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,122 −709
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 181,243 241
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,533 0
12 Kapitali u riżervi 80,094 208
Total tal-passiv 1,928,055 −12,323

Kuntatti midja