Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ Marzu 2011

22 ta' Marzu 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Marzu 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2 biljun għal EUR 187 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 332.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 823.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.9 biljun għal EUR 77.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 16.3 biljun għal EUR 344.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Marzu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 111.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 100.5 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 20.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 15.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 138 biljun. Dan it-tnaqqis irriżulta minn operazzjonijiet li mmaturaw skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u l-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Marzu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77.4 biljun u EUR 60.6 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 11.6 biljun għal EUR 222.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,433 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 233,788 1,587
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 76,932 1,445
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
156,856 142
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,609 −439
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,545 1,701
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,545 1,701
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 443,483 −10,765
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 100,543 −10,788
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 342,863 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 51 15
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 27 8
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,729 −1,883
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 470,438 −1,461
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,958 −234
7.2 Titoli oħra 332,480 −1,227
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,904 0
9 Assi oħra 295,450 −1,379
Assi Totali 1,940,378 −12,639
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 823,862 −554
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 321,039 −6,064
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 222,435 −11,621
2.2 Faċilità ta’ depożitu 20,150 4,858
2.3 Depożiti fissi 77,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 954 698
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,877 730
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 84,979 −6,711
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 77,115 −6,856
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,864 145
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,790 −650
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,030 −322
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,830 −492
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,830 −492
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 181,001 1,371
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,533 0
12 Kapitali u riżervi 79,886 53
Total tal-passiv 1,940,378 −12,639

Kuntatti midja