Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-21 ta’ Jannar 2011

25 ta' Jannar 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Jannar 2011, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu mhux mibdula.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.5 biljun għal EUR 182.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li jipprovdu likwidità fid-dollaru Amerikan (ara taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data meta saret Tip ta’ transazzjoni Ammont li jimmatura Ammont ġdid
20 ta’ Jannar 2011 Transazzjoni bil-maqlub ta’ 7 ijiem li tipprovdi likwidità fid-dollaru Amerikan USD 70 miljun USD 70 miljun

It-transazzjonijiet li jipprovdu likwidità twettqu mill-Eurosistema b’rabta mal-arranġament reċiproku temporanju dwar il-valuta (swap line) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli kummerċjabbli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 325.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 823.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.5 biljun għal EUR 103.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 76.7 biljun għal EUR 373.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Jannar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 180.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 176.9. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi li jammontaw għal EUR 74 biljun u nġabru depożiti ġodda li jammontaw għal EUR 76.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Jannar 2011 ukoll, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 68.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 70.4 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma' virtwalment xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 27.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 107.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv 7.1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 137.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għar-riżultat nett ta’ xiri regolat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u l-maturità tat-titoli taħt il-programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti. Għaldaqstant, fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Jannar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmuma taħt il-programm tax-xiri ta’ bonds iggarantiti ammontaw għal EUR 76.5 biljun u EUR 60.8 biljun rispettivament. Iż-żewġ portafolji huma kkomputati fuq il-bażi ta’ miżmuma sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 63.3 biljun għal EUR 209.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,432 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 228,275 1,697
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 72,888 1,494
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
155,387 204
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,515 −472
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,129 −1,542
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,129 −1,542
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 477,514 −839
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 176,904 −3,176
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 300,502 2,284
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 91 59
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 18 −6
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,303 4,261
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 462,980 1,503
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,223 58
7.2 Titoli oħra 325,757 1,445
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,954 0
9 Assi oħra 296,019 −633
Assi Totali 1,961,122 3,976
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 823,133 −4,641
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 313,272 −14,258
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 209,122 63,250
2.2 Faċilità ta’ depożitu 27,477 −79,723
2.3 Depożiti fissi 76,500 2,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 172 −286
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,007 142
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 112,127 23,917
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 103,916 23,484
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,211 433
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,141 −563
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,104 658
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,773 −952
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,773 −952
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 181,737 −586
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,545 0
12 Kapitali u riżervi 78,733 260
Total tal-passiv 1,961,122 3,976

Kuntatti midja