Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-14 ta’ Jannar 2011

18 ta' Jannar 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Jannar 2011, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta r-riżultat nett ta’ negozjar fil-qasam tal-muniti tad-deheb minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 180.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
13 ta’ Jannar 2011 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 70 miljun USD 70 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 324.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 7.1 biljun għal EUR 827.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 80.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 41.6 biljun għal EUR 296.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Jannar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  195.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 180.1 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 73.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 74 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 107.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 81 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 137.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ titoli li mmaturaw skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Jannar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.4 biljun u EUR 60.8 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 31 biljun għal EUR 145.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,431 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 226,578 1,567
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 71,395 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
155,183 1,567
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,987 −783
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,672 1,329
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,672 1,329
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 478,354 −15,609
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 180,081 −15,611
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 298,217 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 32 −13
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 24 15
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,042 −1,803
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 461,477 3,042
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,165 2,238
7.2 Titoli oħra 324,312 804
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,954 0
9 Assi oħra 296,652 3,510
Assi Totali 1,957,146 −8,748
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 827,774 −7,056
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 327,530 −4,974
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 145,872 −30,990
2.2 Faċilità ta’ depożitu 107,200 26,234
2.3 Depożiti fissi 74,000 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 458 −718
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,864 570
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 88,211 −1,105
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 80,432 −1,130
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,778 25
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,704 3,115
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,446 293
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,725 −16
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,725 −16
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 182,323 425
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,545 −1
12 Kapitali u riżervi 78,472 0
Total tal-passiv 1,957,146 −8,748

Kuntatti midja