Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Consolidated financial statement of the Eurosystem as at 31 December 2010

5 ta' Jannar 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, iż-żieda ta’ EUR 33 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.7 biljun għal EUR 180.1 biljun. Il-bidla kienet dovuta l-iżjed għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Fil-31 ta’ Diċembru 2010, ġiet regolata transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 1.8 biljun, b’maturità ta’ tliet ijiem, u din affettwat il- klejms kontra residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni saret mill-BĊE fir-rigward tal-arranġamenti dwar il-likwidità li jeżistu mal-banek ċentrali barra ż-żona tal-euro.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 322.6 biljun, l-iżjed minħabba r-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 839.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 8.1 biljun għal EUR 71.7 biljun.

Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-BĊE ħabbar li l-kapital sottoskritt tiegħu kien se jiżdied b’EUR 5 biljuni, b’seħħ mid-29 ta’ Diċembru 2010. Biex it-trasferiment tal-kapital lill-BĊE jsir bla xkiel, il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-kapital, li jammontaw għal €3.5 biljun, fi tliet rati annwali ndaqs. L-ewwel rata ta' EUR 1.2 biljun tħallset fid-29 ta’ Diċembru 2010. Dan il-ħlas wassal għal bilanċi fi ħdan l-Eurosistema, iżda billi tali bilanċi dejjem jiġu eliminati permezz tal-proċess tal-konsolidament, fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema, taħt kapital u riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv), ma tidher ebda bidla kkawżata minn din iż-żieda. Madankollu, iż-żieda fil-kapital se tkun riflessa fil-kontijiet annwali tal-BĊE, li se jiġu ppubblikati f’Marzu 2011.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 3.1 biljun għal EUR 381.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Diċembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  193.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 227.9 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 72.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.8 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (li jitqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 104.5 biljun (li jitqabbel ma’ EUR 55.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.34 biljun għal EUR 134.8 biljun. Dan minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 0.16 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru ta’ EUR 0.18 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74 biljun u EUR 60.9 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.6 biljun għal EUR 212.7 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 1055.418 għal kull uqija fina

USD: 1.3362 għal kull EUR

JPY: 108.65 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1572 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 367,402 0 33,018
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 223,995 −316 4,135
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 71,319 33 1,050
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
152,675 −349 3,085
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,941 76 911
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,592 3,577 −69
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,592 3,577 −69
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 546,747 33,620 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 227,865 34,395 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 298,217 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 20,623 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 25 −779 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 17 4 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,654 3,605 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 457,427 −10 −2,113
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,829 163 181
7.2 Titoli oħra 322,598 −173 −2,294
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,954 −2 −13
9 Assi oħra 278,719 2,548 −689
Assi Totali 2,004,432 43,098 35,179
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 839,702 −2,593 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 378,008 43,308 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 212,739 6,616 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 104,458 49,087 0
2.3 Depożiti fissi 60,784 −11,716 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 27 −679 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,808 280 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,791 −7,865 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 71,684 −8,063 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,107 198 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,703 2,998 13
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,995 324 21
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 14,346 −370 335
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,346 −370 335
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,480 0 815
10 Passiv ieħor 175,932 7,067 −792
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,524 0 34,784
12 Kapitali u riżervi 78,143 −50 5
Total tal-passiv 2,004,432 43,098 35,179
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja