Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta’ Diċembru 2009

29 ta' Diċembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Diċembru 2009, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.7 biljun għal EUR 159.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta’ Diċembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 3.3 biljun
23 ta’ Diċembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri - CHF 2.7 biljun
23 ta’ Diċembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 7.6 biljun -
23 ta’ Diċembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 15-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 5.5 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 301 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.7 biljun għal EUR 807.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 21.1 biljun għal EUR 125.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 22 biljun għal EUR 564.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Diċembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  52.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 58.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 164.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 136.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 28.5 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Diċembru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 48.2 biljun għal EUR 204.6 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema tat-18 ta’ Diċembru 2009 (ippubblikat fit-22 ta’ Diċembru 2009), ta’ min jinnota li l- ammonti riċevibbli mill-FMI (il-partita nru. 2.1 tal-attiv) kellu juri bilanċ ta’ EUR 61,634 miljun, minflok ta’ EUR 62,257 miljun, u li l- obbligazzjonijiet lejn residenti barra ż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 6 tal-passiv) kellhom ikunu ta’ EUR 46,768 miljun minflok ta’ EUR 47,391 miljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,147 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 191,909 438
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 61,354 −279
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,554 717
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,708 −1,551
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,696 −37
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,696 −37
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 728,584 5,649
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 59,221 5,647
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 669,296 8
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 40 −6
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 27 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,765 1,012
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 329,546 325
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 28,504 826
7.2 Titoli oħra 301,042 −501
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,188 5
9 Assi oħra 254,921 4,894
Assi Totali 1,852,463 10,734
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 807,191 9,689
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 368,683 −20,628
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 204,594 −48,231
2.2 Faċilità ta’ depożitu 164,088 27,611
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 −9
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 330 38
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 133,760 20,464
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 125,693 21,122
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,067 −658
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,459 −310
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,703 393
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,567 223
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,567 223
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 166,647 866
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,964 1
Total tal-passiv 1,852,463 10,734
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja