Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Diċembru 2009

8 ta' Diċembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Novembru 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009) u ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema kif ukoll ix-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.2 biljun għal EUR 164.5 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
2 ta’ Diċembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 8 biljun CHF 4.4 biljun
3 ta’ Diċembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 17.9 biljun -
3 ta’ Diċembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 11.6 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 302 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.8 biljun għal EUR 785.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 16.2 biljun għal EUR 142.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 56 biljun għal EUR 524.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  59.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 58.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 123.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 68.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 26.2 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Diċembru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 45.8 biljun għal EUR 159.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,145 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 192,660 489
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,234 177
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,426 312
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,973 −3,742
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,655 −1,746
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,655 −1,746
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 648,119 −886
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 58,807 −938
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 589,146 −1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 138 63
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 28 −9
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,569 1,988
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 328,224 354
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 26,226 955
7.2 Titoli oħra 301,998 −600
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,191 1
9 Assi oħra 241,893 3,787
Assi Totali 1,759,429 243
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 785,221 10,829
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 282,732 9,343
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 159,370 −45,756
2.2 Faċilità ta’ depożitu 123,361 55,100
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 386 206
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 150,926 −15,710
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 142,234 −16,167
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,691 457
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,614 −7,350
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,236 −9
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,018 990
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,018 990
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 161,175 1,942
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,963 3
Total tal-passiv 1,759,429 243
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja