Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-20 ta’ Novembru 2009

24 ta' Novembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Novembru 2009, it-tnaqqis nett ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009), kif ukoll ix-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema u aġġustament tekniku li għamel bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.1 biljun għal EUR 170.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
18 ta’ Novembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 6.8 biljun CHF 9.4 biljun
19 ta’ Novembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 22 biljun -
19 ta’ Novembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 19.9 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 301.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 771.6 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.1 biljun għal EUR 155.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 7.8 biljun għal EUR 603.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Novembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  51.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 52.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 46.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 54.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 24.2 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Novembru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.4 biljun għal EUR 229.8 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Ta' min isemmi li ġew aġġornati xi partiti tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema ta' kull ġimgħa tat-13 ta’ Novembru 2009 (ippubblikat fis-17 ta’ Novembru 2009), minħabba li wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema bagħat karta tal-bilanċ riveduta, għalkemm il-bidliet ma kienux ta’ importanza.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,147 −3
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 193,776 −205
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,201 −27
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,575 −178
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 41,172 −708
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,071 329
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,071 329
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 649,482 −424
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 53,258 1,308
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 595,401 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 773 −1,750
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 50 17
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,058 291
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 326,084 323
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 24,172 1,427
7.2 Titoli oħra 301,913 −1,104
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,195 0
9 Assi oħra 237,490 2,269
Assi Totali 1,761,476 1,871
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 771,617 −1,558
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 275,891 −10,611
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 229,825 −2,387
2.2 Faċilità ta’ depożitu 46,065 −8,224
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 413 −29
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 163,603 8,085
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 155,395 8,053
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,207 32
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,084 3,860
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,589 −583
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,702 790
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,702 790
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 158,458 1,914
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,959 3
Total tal-passiv 1,761,476 1,871

Kuntatti midja