Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tas-6 ta’ Novembru 2009

10 ta' Novembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Novembru 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 20 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-ħruġ ta’ muniti tad-deheb kommemorattivi minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2.3 biljun għal EUR 171.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
4 ta’ Novembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 7.4 biljun CHF 7.8 biljun
5 ta’ Novembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 23.1 biljun USD 22.2 biljun
5 ta’ Novembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun -

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli oħra minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 302.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 773.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 36.4 biljun għal EUR 137.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 43.5 biljun għal EUR 540.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Novembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  48.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 46.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 128.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 87.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 21.6 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Novembru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 8.6 biljun għal EUR 180.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,149 −20
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 193,040 −1,680
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 61,830 −1,389
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,210 −290
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 42,560 −470
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,490 60
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,490 60
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 669,864 −2,439
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 46,901 −2,459
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 622,748 −1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 104 −34
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 111 55
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,156 296
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 324,081 540
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 21,609 968
7.2 Titoli oħra 302,471 −428
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,195 0
9 Assi oħra 233,151 −1,602
Assi Totali 1,773,685 −5,315
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 773,829 2,219
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 309,814 32,480
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 180,898 −8,601
2.2 Faċilità ta’ depożitu 128,914 41,080
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 450 37
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 145,952 −36,326
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 137,521 −36,410
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,432 84
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,794 −3,956
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,325 −1,207
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,530 1,403
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,530 1,403
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 152,874 36
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,957 0
Total tal-passiv 1,773,685 −5,315

Kuntatti midja