Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-23 ta’ Ottubru 2009

27 ta' Ottubru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Ottubru 2009 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.2 biljun għal EUR 174.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u t-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
21 ta’ Ottubru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 6.6 biljun CHF 8 biljun
22 ta’ Ottubru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 29.7 biljun USD 24.2 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 305.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 768.7 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.8 biljun għal EUR 153.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 24.5 biljun għal EUR 598.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  61.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 49.8 biljun. Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 80.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 68 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 19.7 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Ottubru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 34.4 biljun għal EUR 219.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,169 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 195,007 685
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 63,147 278
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,859 407
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 44,109 −3,623
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,313 306
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,313 306
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 679,583 −11,767
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 50,503 −11,762
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 628,964 −3
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 79 −16
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 38 14
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,115 −1,061
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 325,438 1,265
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 19,746 1,447
7.2 Titoli oħra 305,692 −182
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,205 0
9 Assi oħra 231,184 −1,071
Assi Totali 1,786,122 −15,266
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 768,735 −2,136
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 300,265 −21,713
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 219,566 −34,416
2.2 Faċilità ta’ depożitu 80,697 12,703
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 368 56
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 167,352 9,080
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 153,116 8,758
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 14,236 322
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 69,651 −1,227
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,456 −1,503
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,043 1,720
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,043 1,720
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 150,135 456
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,957 0
Total tal-passiv 1,786,122 −15,266

Kuntatti midja