Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Ottubru 2009

13 ta' Ottubru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Ottubru 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.1 biljun għal EUR 179 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
7 ta’ Ottubru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem li jipprovdi likwidità fi franki Żvizzeri CHF 9.9 biljuni CHF 10 biljuni
8 ta’ Ottubru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani USD 34.1 biljuni USD 31.1 biljuni
8 ta’ Ottubru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani USD 3.1 biljuni -
8 ta’ Ottubru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 91 jum li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani - USD 1 billion

It-transazzjonijiet li jipprovdu l-likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 305.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 772.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 138.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 33.9 biljun għal EUR 549.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, is-7 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 66.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 62.6 biljun. Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 3 biljuni b’maturità ta’ tliet xhur u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 1.1 biljun. Fl-istess ġurnata, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 36.1 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2.4 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 144.8 biljun (meta mqabbel ma’ 150.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti mill-Eurosistema ta’ titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 17.4 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Ottubru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.8 biljun għal EUR 176.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,167 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 193,681 −718
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,857 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,824 −718
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 48,937 −3,387
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,418 277
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,418 277
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 694,579 −39,745
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 62,620 −4,147
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 631,850 −35,590
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 85 −7
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 25 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,969 −706
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 322,880 2,124
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 17,353 1,774
7.2 Titoli oħra 305,527 350
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,204 0
9 Assi oħra 228,907 333
Assi Totali 1,802,742 −41,825
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 772,263 1,317
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 321,317 −47,590
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 176,524 −41,784
2.2 Faċilità ta’ depożitu 144,784 −5,813
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 9 7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 169 10
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 152,328 578
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 138,427 −2,409
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 13,901 2,988
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,874 2,534
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,551 686
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,133 −708
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,133 −708
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 148,991 1,346
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,957 0
Total tal-passiv 1,802,742 −41,825
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja