Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Ottubru 2009

7 ta' Ottubru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Ottubru 2009, iż-żieda ta’ EUR 6,256.3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis- seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 6.1 biljun għal EUR 183.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effett tal-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u t-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
30 ta’ Settembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 12-il biljun CHF 9.9 biljun
1 ta’ Ottubru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 40 biljun USD 34.1 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 305.2 biljun, l-iżjed minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 770.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.2 biljun għal EUR 140.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 19.4 biljun għal EUR 583.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Settembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  85 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 66.8 biljun. Nhar il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 6.4 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2.8 biljun. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 75.2 biljun, b’maturità ta’ sena.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 150.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 116.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 15.6 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Ottubru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 28.5 biljun għal EUR 218.3 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema ta’ tmiem it-trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq tat-tmiem ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-2 ta’ Ottubru 2009 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 683.774 għal kull uqija fina

USD: 1.4643 għal kull EUR

JPY: 131.07 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0813 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 238,169 −15 6,271
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 194,400 282 −2,191
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,858 52 −780
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,542 230 −1,411
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 52,323 −4,130 −1,642
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,141 21 112
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,141 21 112
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 734,324 53,276 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 66,767 −18,237 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 667,440 71,577 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 91 −50 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 26 −15 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 24,675 −1,680 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 320,756 1,135 556
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 15,579 1,348 −8
7.2 Titoli oħra 305,177 −213 564
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,204 0 −26
9 Assi oħra 228,574 −640 2,995
Assi Totali 1,844,567 48,249 6,075
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 770,946 4,807 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 368,906 62,375 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 218,307 28,529 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 150,597 33,845 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 158 4 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 151,750 −8,994 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 140,836 −4,198 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,913 −4,796 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 76,339 −9,376 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,865 1,015 −180
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 8,841 −1,531 −340
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,841 −1,531 −340
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0 −575
10 Passiv ieħor 147,644 −50 2,715
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0 4,457
12 Kapitali u riżervi 72,958 0 −1
Total tal-passiv 1,844,567 48,249 6,075

Kuntatti midja