Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-28 ta’ Awwissu 2009

1 ta' Settembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Awwissu 2009, iż-żieda ta’ EUR 2 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 194.6 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
25 ta’ Awwissu 2009 Swap f’kambju barrani ta’ 3 xhur fi kroner Daniżi DKK 8.4 biljun DKK 3.3 biljun
25 ta’ Awwissu 2009 Swap f’kambju barrani ta’ 74 jum fi kroner Daniżi DKK 7.1 biljun -
26 ta’ Awwissu 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 18.4 biljun CHF 15.5 biljun
27 ta’ Awwissu 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 38.4 biljun USD 42.1 biljun
27 ta’ Awwissu 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.1 biljun -

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli oħra minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 304.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 767.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 20.1 biljun għal EUR 134.6 biljun.

Iż-żieda fid- drittijiet speċjali ta’ ġbid (SDRs) tal-kontropartijiet allokati mill-FMI (il-partita nru. 9 tal-passiv) ta’ EUR 40.9 biljun tirrifletti l-allokazzjoni ta’ SDRs mill-FMI lill-banek ċentrali tal-Eurosistema. Din l-allokazzjoni hi parti mill-allokazzjoni ġenerali ta’ SDRs, ekwivalenti għal USD 250 biljun, lill-pajjiżi membri kollha tal-FMI, li kienet approvata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FMI fis-7 ta’ Awwissu 2009 u li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Awwissu 2009. L-allokazzjoni hi maħsuba biex tipprovdi likwidità lis-sistema ekonomika globali billi tikkomplementa r-riżervi tal-kambju barrani tal-pajjiżi membri tal-FMI. L-allokazzjoni ġenerali ta’ SDRs ingħatat lill-membri tal-FMI parteċipanti fid-Dipartiment SDR fil-proporzjon tal-kwoti eżistenti tagħhom.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 0.1 biljun għal EUR 569.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  76.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 77.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 27.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 8.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 142.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 160.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 8.8 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Awwissu 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 18.2 biljun għal EUR 202.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 232,111 2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 197,249 38,833
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 57,944 40,851
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
139,305 −2,017
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 59,285 2,350
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,358 180
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,358 180
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 712,111 −17,701
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 77,530 1,474
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 634,424 −19,222
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 108 46
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 49 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,095 −860
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 313,090 537
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 8,787 861
7.2 Titoli oħra 304,303 −324
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,230 0
9 Assi oħra 231,842 −335
Assi Totali 1,821,371 23,007
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 767,167 −1,154
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 345,527 −35,799
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 202,940 −18,198
2.2 Faċilità ta’ depożitu 142,577 −17,607
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 10 6
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 219 −2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 145,255 20,083
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 134,600 20,082
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,656 1
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,391 2,047
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,422 438
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,236 −581
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,236 −581
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 46,286 40,850
10 Passiv ieħor 147,111 −2,874
11 Kont tar-rivalutazzjoni 187,797 0
12 Kapitali u riżervi 72,958 −1
Total tal-passiv 1,821,371 23,007

Kuntatti midja