Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tas-17 ta’ Lulju 2009

21 ta' Lulju 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Lulju 2009 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 7.2 biljun għal EUR 201.5 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta’ Lulju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 31.1 biljun CHF 21.6 biljun
16 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 43.1 biljun USD 43.8 biljun
16 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 12.2 biljun USD 3.1 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal-EUR 300.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 770.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.8 biljun għal EUR 132.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 40.5 biljun għal EUR 612 biljun. Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  106.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 100.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 189.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 155.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 1.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Lulju 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 42.3 biljun għal EUR 229.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 232,127 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,624 −742
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,847 55
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,777 −796
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 62,878 −6,086
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,628 1,117
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,628 1,117
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 801,888 −6,120
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 100,294 −6,112
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 701,456 3
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 94 −41
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 44 30
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,761 −256
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 301,197 −521
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,079 1,013
7.2 Titoli oħra 300,118 −1,534
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,230 0
9 Assi oħra 238,380 −590
Assi Totali 1,875,712 −13,197
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 770,379 104
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 419,415 −7,938
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 229,528 −42,287
2.2 Faċilità ta’ depożitu 189,873 34,338
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 13 11
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 278 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 142,772 10,191
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 132,430 7,753
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,342 2,437
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 109,496 −13,730
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,706 −1,125
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,874 1,529
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,874 1,529
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,436 0
10 Passiv ieħor 151,598 −2,227
11 Kont tar-rivalutazzjoni 187,797 0
12 Kapitali u riżervi 72,961 0
Total tal-passiv 1,875,712 −13,197

Kuntatti midja