Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Lulju 2009

8 ta' Lulju 2009

Kif tħabbar fis-7 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jixtri bonds garantiti maħruġa fiż-żona tal-euro u denominati f’euro. Għal għanijiet ta’ preżentazzjoni, il-partita nru. 7 tal-attiv, imsejħa “ Titoli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro”, inqasmet f’żewġ pożizzjonijiet: il-partita tal-attiv nru.7.1, imsejħa “ Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja”, li ġiet introdotta biex tirrifletti l-portafoll ta’ bonds garantiti denominati f’euro, li se tibda tintuża f’Lulju 2009; u l-partita tal-attiv nru. 7.2, imsejħa “ Titoli oħra”, li tinkludi titoli negozjabbli li mhumiex relatatai mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (li qabel kienu jkopru l-partita nru. 7 tal-attiv kollha kemm hi). Ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ din il-ġimgħa tfassal skond dan il-format ġdid tal-karta tal-bilanċ.

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Lulju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 8.5 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis- seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 10.5 biljun għal EUR 206.2 biljun. Il-bidla kienet dovuta għall-effett tal-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll, u t-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta’ Lulju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 30.5 biljun CHF 29 biljun
2 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 40.6 biljun USD 39.3 biljun
2 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.9 biljun USD 0.2 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap) li l-BĊE għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 302.2 biljun, l-iżjed minħabba t-transazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 768.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 44.3 biljun għal EUR 109.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 141.9 biljun għal EUR 518.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  167.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 105.9 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 316 biljun (meta mqabbel ma’ 236.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 99.9 biljun għal EUR 168.3 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-3 ta’ Lulju 2009 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 665.770 għal kull uqija fina

USD: 1.4134 għal kull EUR

JPY: 135.51 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0989 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 232,128 −5 −8,495
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 158,863 3,696 −4,570
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,844 −12 −381
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,019 3,708 −4,189
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 66,501 −3,864 −4,746
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,263 291 171
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,263 291 171
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 834,633 −62,205 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 105,905 −61,998 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 728,598 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 58 −268 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 72 60 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,087 −1,390 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 302,191 630 −24
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 0 0 0
7.2 Titoli oħra 302,191 630 −24
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,276 −467 −26
9 Assi oħra 239,684 −2,880 −1,807
Assi Totali 1,911,628 −66,195 −19,497
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 768,737 6,590 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 484,302 −20,214 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 168,325 −99,919 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 315,955 79,720 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 22 −15 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 277 53 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 116,826 −44,452 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 109,065 −44,313 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,761 −138 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,827 −10,050 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,265 253 −338
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 8,476 1,493 −317
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,476 1,493 −317
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,436 0 −115
10 Passiv ieħor 153,723 131 −3,571
11 Kont tar-rivalutazzjoni 187,797 0 −15,155
12 Kapitali u riżervi 72,963 1 −1
Total tal-passiv 1,911,628 −66,195 −19,497

Kuntatti midja