Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-29 ta’ Mejju 2009

2 ta' Ġunju 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Mejju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 6 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri ta’ deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.1 biljun għal EUR 242.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjoni swap f’kambju barrani fi kroner Daniżi u transazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
25 ta’ Mejju 2009 Swap f’kambju barrani ta’ 3 xhur fi kroner Daniżi DKK 7.5 biljun DKK 8.4 biljun
27 ta’ Mejju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 35.9 biljun CHF 36.1 biljun
28 ta’ Mejju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 53.5 biljun USD 52.7 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mad-Danmarks Nationalbank, mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal-EUR 296.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.3 biljun għal EUR 761.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10 biljun għal EUR 151.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 54 biljun għal EUR 657.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Mejju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  221.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 276.8 biljun. Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Mejju 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ 21.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 27.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 23 biljun (meta mqabbel ma’ 15.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 41.2 biljun għal EUR 247.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 240,784 −6
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 158,041 −1,232
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,997 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
141,044 −1,231
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 103,029 −704
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,080 −1,013
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,080 −1,013
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 680,582 61,510
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 276,814 55,490
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 403,549 5,902
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 198 148
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 21 −29
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,941 582
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 296,613 1,948
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,788 −6
9 Assi oħra 239,753 1,660
Assi Totali 1,799,610 62,740
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 761,422 3,258
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 270,976 48,711
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 247,929 41,235
2.2 Faċilità ta’ depożitu 23,016 7,449
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 30 27
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 235 18
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 159,246 9,779
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 151,151 10,033
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,095 −254
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 156,446 1,751
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,846 −178
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,254 −681
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,254 −681
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 156,709 −55
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 72,972 137
Total tal-passiv 1,799,610 62,740
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja