Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-22 ta’ Mejju 2009

26 ta' Mejju 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Mejju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 14-il miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 18-il biljun għal EUR 243.5 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
20 ta’ Mejju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 35.8 biljun CHF 35.9 biljun
21 ta’ Mejju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 63.0 biljun USD 53.5 biljun
21 ta’ Mejju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 19.2 biljun USD 4.8 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal-EUR 294.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 758.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.4 biljun għal EUR 141.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 2.2 biljun għal EUR 603.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Mejju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  229.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 221.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 15.6 biljun (meta mqabbel ma’ 21.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 11.1 biljun għal EUR 206.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 240,790 −14
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,273 237
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,999 225
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,274 13
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 103,733 −17,625
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,093 −1,468
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,093 −1,468
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 619,072 −8,275
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 221,324 −8,241
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 397,648 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 50 −14
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 50 −20
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,359 441
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 294,664 1,851
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,793 0
9 Assi oħra 238,093 −2,436
Assi Totali 1,736,870 −27,288
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 758,164 132
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 222,265 −17,139
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 206,694 −11,100
2.2 Faċilità ta’ depożitu 15,568 −6,040
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 217 −69
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 149,467 6,536
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 141,119 6,431
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,349 106
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 154,696 −16,258
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,024 −663
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,935 1,246
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,935 1,246
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 156,765 −1,070
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 72,835 −3
Total tal-passiv 1,736,870 −27,288

Kuntatti midja