Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-17 ta' April 2009

21 ta' April 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ April 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 6 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.2 biljun għal EUR 277.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta’ April 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 36.3 biljun CHF 36 biljun
16 ta’ April 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 77.5 biljun USD 73.8 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 292.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.5 biljun għal EUR 756.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 141.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 13.3 biljun għal EUR 659.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  237.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 249.4 biljun. Nhar il-Ħamis, 16 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 9.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 13.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 21.9 biljun (meta mqabbel ma’ 21.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 24.1 biljun għal EUR 256.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 241,663 −6
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 157,016 −1,034
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 14,355 −5
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,661 −1,030
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 139,379 −2,751
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,401 1,504
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,401 1,504
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 681,665 13,719
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 249,411 11,776
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 432,162 3,695
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 80 −1,756
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 12 3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 32,044 −1,565
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 292,829 −1,116
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,397 0
9 Assi oħra 238,689 3,534
Assi Totali 1,840,083 12,285
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 756,560 −5,504
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 278,367 24,512
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 256,260 24,116
2.2 Faċilità ta’ depożitu 21,872 384
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 236 11
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 320 25
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 149,763 −6,005
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 141,303 −5,871
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,460 −133
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 197,392 −2,629
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,448 −1,454
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,192 899
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,192 899
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 162,688 2,692
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 72,850 −251
Total tal-passiv 1,840,083 12,285

Kuntatti midja