Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Marzu 2009

17 ta' Marzu 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Marzu 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 105 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5.9 biljun għal EUR 283.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara t-taqsima msejħa “Transazzjonijiet Straordinarji li m'għandhomx x'jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja").

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal-EUR 288.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 746.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 124.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 57.7 biljun għal EUR 618.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  244.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 227.7 biljun. Nhar l-Erbgħa wkoll, 11 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 104.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 120.2 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 55.9 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30.2 biljun. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 10.8 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 61.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 135.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
11 ta’ Marzu 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 35.1 biljun CHF 34.8 biljun
12 ta’ Marzu 2009 Swap f’kambju barrani EUR/DKK ta’ 3 xhur għall-provvediment ta’ likwidità f’euro DKK 17.6 biljun DKK 6.0 biljun
12 ta’ Marzu 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 15.4 biljun USD 16.0 biljun
12 ta’ Marzu 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 76.5 biljun USD 81.9 biljun
13 ta’ Marzu 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 0.9 biljun -

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Federal Reserve System, is-Swiss National Bank u d-Danmarks Nationalbank. L-operazzjonijiet swap f’kambju barrani EUR/CHF u EUR/DKK ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 64.8 biljun għal EUR 244.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 217,638 −105
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 155,272 −1,527
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,237 118
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,035 −1,646
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,063 8,082
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,336 −663
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,336 −663
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 680,795 −16,031
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 227,701 −16,446
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 452,765 567
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 322 −156
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 7 4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,796 −338
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 288,238 2,055
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,425 0
9 Assi oħra 256,870 −2,858
Assi Totali 1,829,433 −11,385
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 746,337 302
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 306,641 −8,977
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 244,244 64,796
2.2 Faċilità ta’ depożitu 61,841 −73,771
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 556 −2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 300 1
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 132,708 2,281
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 124,361 2,125
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,347 157
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 211,501 6,760
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 176 425
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,312 255
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,312 255
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 167,457 −12,658
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,967 225
Total tal-passiv 1,829,433 −11,385

Kuntatti midja