Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Marzu 2009

10 ta' Marzu 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Marzu 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 37 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 277.5 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Marzu 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 75.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 76.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din it-transazzjoni denominata f’dollari Amerikani tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 35.4 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal-EUR 286.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.9 biljun għal EUR 746 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 122.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 24.6 biljun għal EUR 560.7 biljun. Barra dan, il-partita nru. 5 tal-attiv naqset wara r-riklassifika ta’ EUR 10.2 biljun – li jikkorrispondi mal-valur nominali totali tal-krediti tal-Eurosistema kontra ħames kontropartijiet li m’għamlux il-ħlas dovut fl-2008 – minn Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja, denominati f’euro (il-partita nru. 5 tal-attiv) għal Assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv). Għal iżjed dettalji, jekk jogħġbok irreferi għall-istqarrija għall-istampa tal-5 ta’ Marzu 2009. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  237.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 244.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 135.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 104.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 12.2 biljun għal EUR 179.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 217,743 −37
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 156,800 1,116
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,119 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,681 1,116
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 135,981 1,327
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,000 −591
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,000 −591
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 696,826 −4,051
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 244,147 5,724
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 452,198 −9,597
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 478 −174
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 −4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 29,134 1,637
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 286,182 927
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,425 0
9 Assi oħra 259,729 20,223
Assi Totali 1,840,819 20,550
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 746,035 3,901
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 315,618 18,450
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 179,448 −12,249
2.2 Faċilità ta’ depożitu 135,612 30,701
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 558 −3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 300 24
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 130,426 −6,479
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 122,236 −6,675
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,190 196
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 204,741 2,180
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −249 30
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,057 246
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,057 246
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 180,115 2,194
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,742 4
Total tal-passiv 1,840,819 20,550
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja