Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-27 ta’ Frar 2009

3 ta' Marzu 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-27 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 214 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 35.1 biljun għal EUR 275.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għal provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 26 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 67.5 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 19.2 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 65.8 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 75.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 26 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 1.5 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Dawn lit-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 33.5 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.4 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar it-Tnejn, 23 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 26.2 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ DKK 7.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u d-Danmarks Nationalbank.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal-EUR 285.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 742.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.2 biljun għal EUR 128.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 23.4 biljun għal EUR 595.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  215.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 237.8 biljun. Nhar il-Ħamis, 26 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 42.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 21.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 104.9 biljun (meta mqabbel ma’ 80 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 51.7 biljun għal EUR 191.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 217,779 −214
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 155,684 −3,641
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,119 −10
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,565 −3,631
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 134,654 −32,286
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,591 −143
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,591 −143
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 700,877 1,150
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 238,423 22,516
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 461,795 −20,544
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 652 −746
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 7 −75
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 27,497 −3,244
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 285,256 150
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,425 36
9 Assi oħra 239,506 84
Assi Totali 1,820,268 −38,107
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 742,134 2,853
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 297,168 −27,174
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 191,697 −51,735
2.2 Faċilità ta’ depożitu 104,911 24,861
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 561 −300
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 276 −39
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 136,906 22,850
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 128,912 23,234
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,994 −383
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 202,561 −33,879
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −279 26
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,810 −900
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,810 −900
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 177,921 −1,900
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,738 56
Total tal-passiv 1,820,268 −38,107

Kuntatti midja