Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Frar 2009

10 ta' Frar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 6 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħat prattikament kif kienet fil-livell ta’ EUR 315 biljun akkont tat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u ta’ operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 61.5 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 59.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 28.5 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal-EUR 281.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 741.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 39.2 biljun għal EUR 80.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 27.3 biljun għal EUR 555.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  214.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 207.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 4.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 180.7 biljun (meta mqabbel ma’ 164.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 5.5 biljun għal EUR 195 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema tat-30 ta’ Jannar 2009 (ippubblikat fit-3 ta’ Frar 2009) għandu jiġi nnotat li assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 233,270 miljun, minflok EUR 233,480 miljun, u li l- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) kellhom juru EUR 120,119 miljun, minflok EUR 120,329 miljun.

Il-bidliet attwali minn ġimgħa għal ġimgħa kif jidhru fir-rapport finanzjarju ta’ din il-ġimgħa diġà jinkludu l-bidliet imsemmija hawn fuq.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,314 −6
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,697 517
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,171 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
146,525 518
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 170,913 −301
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,308 −224
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,308 −224
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 737,215 −11,109
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 207,752 −7,108
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 528,622 5
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 795 −4,041
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 46 35
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,209 −3,300
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 281,385 −1,597
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,389 −50
9 Assi oħra 236,367 3,097
Assi Totali 1,893,796 −12,973
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 741,932 1,669
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 376,271 10,664
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 195,000 −5,534
2.2 Faċilità ta’ depożitu 180,691 15,756
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 579 441
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 603 194
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89,175 −38,385
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 80,924 −39,195
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,251 810
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 244,507 12,304
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 826 −1,001
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,376 1,253
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,376 1,253
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 177,928 335
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,144 −5
Total tal-passiv 1,893,796 −12,973

Kuntatti midja