Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2009 u Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Jannar 2009

7 ta' Jannar 2009

Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, tal-Eurosistema, tal-1 ta’ Jannar 2009

Kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, il-BĊE qed jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2009, li jinkludi ċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ tan-Národná banka Slovenska li ssieħeb fl-Eurosistema dakinhar, flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tat-2 ta’ Jannar 2009. Minħabba li n-Národná banka Slovenska ssieħeb fl-Eurosistema, partiti li qabel kienu denominati f’koruna Slovakka tneħħew mill-partiti “denominati f’munita barranija” u tqiegħdu mal-partiti “denominati f’euro”. It-transazzjonijiet u l-bilanċi tal-kontijiet tar-residenti tas-Slovakja tneħħew mill-partiti tal-karta tal-bilanċ “barra ż-żona tal-euro” u tqiegħdu mal-partiti taż-“żona tal-euro”. Barra dan, il-partita kapital u riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv) żdiedet meta mqabbla ma’ dik tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-31 ta’ Diċembru 2008 minħabba li n-Národná banka Slovenska ssieħeb fl-Eurosistema.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,421
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 161,454
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,212
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
148,242
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 234,051
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,653
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,653
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 860,611
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 239,565
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 616,922
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4,057
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 66
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,119
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 282,196
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,469
9 Assi oħra 225,865
Assi Totali 2,097,839
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 766,231
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 506,576
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 293,622
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 203,601
  2.3 Depożiti fissi 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 9,240
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 113
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 340
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 1,003
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,371
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 83,270
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,102
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 293,654
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,800
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,514
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,514
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446
10 Passiv ieħor 168,317
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589
12 Kapitali u riżervi 71,998
Total tal-passiv 2,097,839

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema, tat-2 ta’ Jannar 2009 (imqabbel mar-rapport finanzjarju tal-bidu, tal-Eurosistema, tal-1 ta’ Jannar 2009)

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Nhar il-ġimgħa, 2 ta’ Jannar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 6 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 7.1 biljun għal EUR 366.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità. Nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 20 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 10.8 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Fl-istess jum ġiet regolata operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.1 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 282.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 763.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 85.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 81.2 biljun għal EUR 565.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 4.1 biljun fl-1 ta’ Jannar), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 281.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 203.6 biljun fl-1 ta’ Jannar).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 80.3 biljun għal EUR 213.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,415 −6
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 162,054 600
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,212 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
148,842 600
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 225,808 −8,243
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,707 54
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,707 54
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 857,510 −3,100
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 239,592 27
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 616,924 2
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 942 −3,114
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 52 −14
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,084 −35
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 282,693 497
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,469 0
9 Assi oħra 227,138 1,273
Assi Totali 2,088,878 −8,961
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 763,682 −2,549
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 504,306 −2,270
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 213,283 −80,340
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 281,670 78,069
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 9,240 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 114 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 340 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 1,003 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,805 2,433
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 85,350 2,080
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,455 353
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 286,768 −6,887
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,463 −1,337
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,283 769
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,283 769
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 169,155 839
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 72,039 40
Total tal-passiv 2,088,878 −8,961

Kuntatti midja