Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-31 ta’ Diċembru 2008

7 ta' Jannar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-perijodu li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 2 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Fi tmiem l-2008, saret riklassifika tal-kontabilità għat-titoli li qabel kienu ppubblikati taħt assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv). Ir-riklassifika kienet relatata biss mat-titoli li ma kienux parti indikata ta’ portafoll assenjat. [1] Dan wassal għal żidiet fil-partiti tal-karta tal-bilanċ, kif jidher hawn taħt:

(a) EUR 147.7 biljun f’titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv);

(b) EUR 9.7 biljun f’titoli ta’ residenti barra ż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 4.1 tal-attiv);

(c) EUR 9.9 biljun f’titoli denominati f’munita barranija maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-euro (il-partita nru. 2.2 tal-attiv); u

(d) EUR 4.7 biljun f’titoli denominati f’munita barranija maħruġa minn residenti taż-żona tal-euro (il-partita nru. 3 tal-attiv).

It-tnaqqis totali korrispondenti ta’ EUR 172 biljun hu rifless taħt assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv). Titoli li huma parti indikati ta’ portafoll assenjat qed jibqgħu inklużi fil-partita nru. A9 tal-attiv.

Ta’ min jinnota wkoll li kien hemm tnaqqis ta’ EUR 0.2 biljun fi klejms oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 6 tal-attiv), u dan jikkorispondi ma’ riklassifika oħra tal-kontabilità għall-istrumenti finanzjarji (li mhumiex titoli) miżmuma bħala parti minn portafoll assenjat. Issa l-assi kollha huma ppubblikati taħt assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv).

Dawn ir-riklassifikazzjonijiet huma purament amministrattivi u huma maħsuba biex itejbu t-trasparenza tar-rapporti finanzjarji tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 12.5 biljun għal EUR 373.2 biljun. Il-bidla kienet dovuta l-iżjed għar-riklassifikazzjonijiet tal-kontabilità msemmija hawn fuq, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u għall-effett tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Nhar it-Tlieta, 30 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 16.9 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 22.6 biljun, b’maturità ta’ tmint ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru 2008, ġiet regolata transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 0.5 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem, u din affettwat il- klejma tar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehim mal-Magyar Nemzeti Bank biex tipprovdi faċilità ta’ sostenn għall-operazzjonijiet ta’ dan il-bank.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 149.9 biljun għal-EUR 271.2 biljun, l-iżjed minħabba r-riklassifikazzjonijiet tal-kontabilità msemmija hawn fuq.

Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 762.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 24.6 biljun għal EUR 83.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 46.7 biljun għal EUR 660 biljun. Nhar it-Tlieta, 30 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 223.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 238.9 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 4.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 200.5 biljun (meta mqabbel ma’ 229.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 65.8 biljun għal EUR 291.7 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2008 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba rivalutazzjonijiet". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 621.542 għal kull uqija fina

USD: 1.3917 għal kull EUR

JPY: 126.14 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1048 għal kull DSĠ

  1. [1] Portafoll assenjat jaqbel ma’ partita li tingħaraf fin-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, mingħajr ma jingħata każ jekk ikunx hemm restrizzjonijiet legali, statutorji, jew ta’ xort’oħra (p.e. fondi tal-pensjoni, skemi għal min jagħlaqlu l-kuntratt tax-xogħol, provvedimenti, kapital, riżervi).

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 217,722 −13 −1,972
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160,809 11,331 −172
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,176 645 3
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
147,633 10,686 −175
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 233,826 5,225 −918
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,615 9,412 1
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,615 9,412 1
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 860,611 17,414 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 239,565 15,165 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 616,922 21 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4,057 2,237 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 66 −10 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,998 −1,440 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 271,233 147,269 2,677
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,469 −2 −26
9 Assi oħra 219,419 −170,466 14,917
Assi Totali 2,076,702 18,729 14,508
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 762,921 −2,492 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 492,310 36,525 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 291,710 65,763 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 200,487 −29,299 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 113 61 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 328 117 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,331 −24,877 128
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 83,269 −24,751 127
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,061 −126 1
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 293,626 7,638 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,720 1,422 1,424
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 10,258 −460 527
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,258 −460 527
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0 62
10 Passiv ieħor 167,381 916 5,302
11 Kont tar-rivalutazzjoni 175,742 0 7,057
12 Kapitali u riżervi 71,640 −61 7
Total tal-passiv 2,076,702 18,729 14,508
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja