Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-5 ta’ Diċembru 2008

9 ta' Diċembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Diċembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 42 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 39.8 biljun għal EUR 389.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 10 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 67.5 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 84.6 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 75.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, l-4 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.8 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Barra dan, fl-istess jum ġiet regolata operazzjoni swap oħra ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 1.5 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn iż-żewġ operazzjonijiet swap ta’ kambju barrani ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 20 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 20.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru 2008, ġiet regolata operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 121 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9 biljun għal EUR 740.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 16.1 biljun għal EUR 116.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 44.1 biljun għal EUR 546.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 334.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 339.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 4.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 250.5 biljun (meta mqabbel ma’ 203.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 20.5 biljun għal EUR 176.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 219,969 −42
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 162,155 2,485
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,542 −24
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,614 2,510
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 248,854 40,652
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,058 −219
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 10,058 −219
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 797,581 2,660
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 340,227 5,061
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 455,321 2
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,955 −2,420
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 79 18
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,013 8,526
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 120,960 458
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,491 0
9 Assi oħra 381,441 2,952
Assi Totali 2,036,524 57,472
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 740,508 9,054
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 427,322 26,163
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 176,655 −20,547
2.2 Faċilità ta’ depożitu 250,497 46,610
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 169 100
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 172 −5
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 125,845 −16,250
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 116,275 −16,101
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,570 −149
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 315,096 36,739
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 494 2,039
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,789 1,271
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,789 1,271
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 165,540 −1,541
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,689 2
Total tal-passiv 2,036,524 57,472

Kuntatti midja