Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-21 ta’ Novembru 2008

25 ta' Novembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Novembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 57 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u l-bejgħ nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 25.9 biljun għal EUR 340.9 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Novembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 101.9 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 52.3 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 60.6 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 72.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 20 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 22.6 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 4.8 biljun, b’maturità ta’ 28 jum, u mmaturat operazzjoni swap oħra f’kambju barrani EUR/USD ta’ USD 1 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.9 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Dawn iż-żewġ operazzjonijiet swap f’kambju barrani ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 15.2 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 17.9 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru 2008, ġiet regolata operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita Nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 119.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 726.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 28.9 biljun għal EUR 106.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 57.6 biljun għal EUR 579.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 334.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 338 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 224.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 163.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 75.3 biljun għal EUR 204.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 220,126 −57
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 163,037 2,807
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 11,721 −29
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
151,316 2,836
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 198,446 −29,066
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,707 −849
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 10,707 −849
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 803,487 2,776
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 338,720 3,536
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 462,836 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,892 −762
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 38 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,149 561
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 119,349 554
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,491 49
9 Assi oħra 377,190 −1,514
Assi Totali 1,973,981 −24,738
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 726,683 −1,871
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 429,106 −14,937
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 204,905 −75,267
2.2 Faċilità ta’ depożitu 224,193 60,351
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 8 −21
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 142 −104
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 120,054 30,678
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 106,632 28,935
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 13,422 1,743
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 268,851 −37,325
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −1,575 −184
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,799 −201
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,799 −201
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 168,168 −795
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,686 2
Total tal-passiv 1,973,981 −24,738

Kuntatti midja