Rapport finanzjarju konsolidat tal-Ewrosistema
tal-14 ta’ Diċembru 2007

18 ta' Novembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Novembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 10 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita Nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ munita tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti Nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti Nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5.7 biljun għal EUR 366.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li joffru likwidità. Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Novembru 2008, immaturat tranżazzjoni rriversjata ta’ USD 58.6 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata tranżazzjoni ġdida ta’ USD 60.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju EUR/USD ta’ USD 1 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni ta’ swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap EUR/CHF ta’ CHF 21.2 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 15.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2008, ġiet regolata operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 27.5 biljun, b’maturità ta’ xahar. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u Danmarks Nationalbank.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita Nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 118.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita Nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 728.6 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita Nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 77.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita Nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti Nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 139 biljun għal EUR 636.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 312 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 334.4 biljun. Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 66.8 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni supplimentari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 41.6, b’maturità ta’ sitt xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita Nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 8.4 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 163.8 biljuni (meta mqabbel ma’ 225.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita Nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 127.8 biljun għal EUR 280.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 220,183 −10
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160,230 4,447
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 11,750 1,699
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
148,480 2,748
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 227,511 986
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,557 131
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 11,557 131
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 800,711 77,301
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 335,184 22,395
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 462,835 60,667
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,654 −5,787
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 37 26
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,587 −23,769
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 118,795 134
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,442 0
9 Assi oħra 378,704 −866
Assi Totali 1,998,720 58,353
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 728,554 −740
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 444,043 66,156
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 280,171 127,821
2.2 Faċilità ta’ depożitu 163,842 −61,658
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 30 −7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 247 −27
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89,376 2,503
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 77,697 1,969
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,679 534
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 306,175 −9,688
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −1,391 −511
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,000 254
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,000 254
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 168,963 405
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,684 0
Total tal-passiv 1,998,720 58,353

Kuntatti midja