Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Novembru 2008

11 ta' Novembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Novembru 2008, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-iżjed ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 22.8 biljun għal EUR 361.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 6 ta’ Novembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 10 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 70.8 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 92.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 58.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 6 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap ta’ munita barranija EUR/USD, ta’ USD 14.5 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem u, fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni oħra swap ta’ munita barranija EUR/USD, ta’ USD 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn iż-żewġ operazzjonijiet swap f’kambju barrani ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap EUR/CHF ta’ CHF 18.8 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 21.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru 2008, ġiet regolata operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 1.1 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 118.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 729.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 19.6 biljun għal EUR 75.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 62.2 biljun għal EUR 497.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 325.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 312 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien speċjali ta’ EUR 120 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 20.4 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 8.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 11.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 225.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 279.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 27.1 biljun għal EUR 152.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 220,193 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 155,783 619
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,051 301
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
145,732 318
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 226,525 20,697
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,426 194
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 11,426 194
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 723,410 −116,183
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 312,790 −13,775
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 402,168 −99,622
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 8,441 −2,788
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 12 2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 67,356 3,730
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 118,661 1,746
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,442 1
9 Assi oħra 379,570 −1,885
Assi Totali 1,940,367 −91,081
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 729,294 1,588
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 377,887 −81,032
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 152,351 −27,092
2.2 Faċilità ta’ depożitu 225,500 −53,912
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 36 −28
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 273 65
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 86,873 −22,494
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 75,728 −19,634
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,145 −2,860
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 315,863 12,482
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −880 −1,560
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,746 40
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,746 40
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 168,559 −173
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,683 3
Total tal-passiv 1,940,367 −91,081
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja