Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-31 ta’ Ottubru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Ottubru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) ikkorrisponda, l-ewwel, mal-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u, it-tieni, mal-bejgħ nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 7.3 biljun għal EUR 338.2 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 68 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 92.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap f’dollari Amerikani ta’ USD 3.9 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 14.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’munita ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni swap fi franki Svizzeri ta’ CHF 22.3 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 18.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 116.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 727.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 24.9 biljun għal EUR 95.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 4.5 biljun għal EUR 560.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 305.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 325.1 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 103.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 11.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 14.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 279.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 202.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 1.7 biljun għal EUR 179.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 220,193 | −2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 155,164 | 1,223 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,750 | −71 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
145,414 | 1,294 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 205,828 | 6,968 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,232 | −1,724 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 11,232 | −1,724 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 839,593 | 72,362 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 326,565 | 20,614 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 501,789 | 54,602 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 11,230 | −2,855 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 10 | 1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 63,626 | −419 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 116,915 | 573 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,441 | 0 | |
9 | Assi oħra | 381,454 | −5,698 | |
Assi Totali | 2,031,447 | 73,284 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 727,706 | 4,622 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 458,872 | 75,085 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 179,442 | −1,735 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 279,365 | 76,807 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 64 | 13 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 208 | −13 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 109,414 | −28,308 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 95,363 | −24,895 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 14,051 | −3,413 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 303,381 | 19,802 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 680 | 608 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,706 | 278 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,706 | 278 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 168,731 | 1,209 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,681 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,031,447 | 73,284 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja