Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tas-17 ta’ Ottubru 2008

21 ta' Ottubru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Ottubru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 41 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 64.3 biljuni għal EUR 343.3 biljuni minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni ta’ USD 170.9 biljuni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 114.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.7 biljuni għal EUR 721.8 biljuni. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.1 biljun għal EUR 80 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 51.2 biljuni għal EUR 533.4 biljuni. Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 250 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 310.4 biljuni. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 24.7 biljuni.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 14-il biljun (meta mqabbel ma’ EUR 16.6 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 239.6 biljuni (meta mqabbel ma’ EUR 154.7 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 65.3 biljuni għal EUR 230.5 biljuni.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 220,196 −41
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 146,591 −394
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,822 8
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
136,769 −402
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 223,203 58,153
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,696 −495
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,696 −495
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 773,191 33,803
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 311,986 61,103
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 447,182 3
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 −24,681
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 14,003 −2,631
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 21 9
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,163 −4,947
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,816 1,256
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,448 0
9 Assi oħra 382,779 3,894
Assi Totali 1,973,084 91,229
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 721,833 9,714
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 470,259 19,698
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 230,516 −65,304
2.2 Faċilità ta’ depożitu 239,575 84,920
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 168 82
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 125 −18
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,921 6,238
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 79,985 15,084
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,937 −8,847
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 255,004 59,989
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,297 329
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,775 −6,893
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,775 −6,893
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 167,120 2,172
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,680 0
Total tal-passiv 1,973,084 91,229

Kuntatti midja