Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008

8 ta' Ottubru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Ottubru 2008, iż-żieda netta ta’ EUR 12.3 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni. It-transazzjonijiet matul il-ġimgħa rriżultaw f'tnaqqis nett ta' EUR 157 miljun. Dan irrifletta, l-ewwel, il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u, it-tieni, l-irfinar li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema ta’ muniti tad-deheb u ingotti f’ingotti ta’ deheb fin.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) għoliet b’EUR 34.9 biljun għal EUR 249.2 biljun. Il-bidla kienet riżultat tat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll, operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani u l-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet. Nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni overnight li tammonta likwidità għal USD 50 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni oħra ta’ USD 35 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, b’maturità ta’ sebat ijiem. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 113.1 biljun. EUR 1.4 biljun ta’ din iż-żieda kienet dovuta għar-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 11.5 biljun għal EUR 693.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 16 biljun għal EUR 71.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 56.9 biljun għal EUR 402.4 biljun. Nhar it-Tlieta, 30 ta’ Settembru 2008, operazzjoni ta’ rifinanzjament għal perijodu speċjali ta’ żmien ta’ EUR 120 billion ġiet regolata. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 180 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 190 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-assorbiment tal-likwidità ta’ EUR 193.8 biljun b’maturità overnight.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 24.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 6.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 38.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 28.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 62 biljun għal EUR 153.4 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2008 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 627.141 għal kull uqija fina

USD: 1.4303 għal kull EUR

JPY: 150.47 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0884 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 220,392 −157 12,438
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 148,623 3,852 10,363
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,792 79 526
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
138,831 3,773 9,837
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 132,210 23,943 5,114
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,939 −938 −165
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,939 −938 −165
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 635,117 147,806 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 189,999 9,998 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 420,519 120,003 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 24,592 17,804 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 7 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 75,502 29,094 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 113,120 404 1,432
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,448 0 −26
9 Assi oħra 382,346 9,860 −2,871
Assi Totali 1,758,697 213,864 26,285
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 693,205 11,546 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 386,132 142,671 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 153,367 −62,026 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 38,854 10,795 0
2.3 Depożiti fissi 193,844 193,844 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 67 58 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 199 −119 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,018 16,692 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 71,392 15,962 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,626 730 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 161,598 34,134 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,334 −960 158
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,970 7,613 1,289
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 24,970 7,613 1,289
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,367 0 247
10 Passiv ieħor 166,516 2,287 8,277
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,678 0 16,314
12 Kapitali u riżervi 71,680 0 0
Total tal-passiv 1,758,697 213,864 26,285
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja