Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tad-29 ta’ Awwissu 2008

2 ta' Settembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Awwissu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 31 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2.5 biljun għal EUR 167.2 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Awwissu 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 25 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 20 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 111.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 683.5 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 26.5 biljun għal EUR 78 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 15.9 biljun għal EUR 466.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Awwissu 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 167 biljun. Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Awwissu 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas- self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 10.2 biljun għal EUR 204.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 208,251 −31
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 135,372 −626
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,291 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
126,081 −626
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 55,143 −3,282
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,417 −390
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,417 −390
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 467,044 16,028
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 167,001 16,001
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 300,000 −12
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 39 39
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 4 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,180 921
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111,091 1,303
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,457 0
9 Assi oħra 381,184 259
Assi Totali 1,449,139 14,182
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 683,529 −196
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 204,298 −10,053
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 204,060 −10,198
2.2 Faċilità ta’ depożitu 232 142
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 152 25
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 85,026 26,637
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 77,959 26,526
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,067 111
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,059 −1,362
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 884 −445
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,339 −944
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,339 −944
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,120 0
10 Passiv ieħor 148,693 518
11 Kont tar-rivalutazzjoni 152,364 0
12 Kapitali u riżervi 71,675 2
Total tal-passiv 1,449,139 14,182
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja