Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-8 ta’ Awwissu 2008

12 ta' Awissu 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Awwissu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 14 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 165.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 110.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 690.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 56.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6 biljun għal EUR 459.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Awwissu 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 166 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 160 biljun. Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) baqgħa prattikament kif kien qrib iż-żero, waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 3.7 biljun għal EUR 211 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 208,328 −14
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,991 133
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,272 −4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
127,719 137
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 54,641 −57
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,014 613
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,014 613
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 460,023 −5,999
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 160,000 −5,999
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 300,021 3
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 −3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 35,884 652
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,585 −1,073
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,456 0
9 Assi oħra 380,717 2,822
Assi Totali 1,441,639 −2,923
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 690,348 1,723
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 211,131 −3,693
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 211,037 −3,695
2.2 Faċilità ta’ depożitu 88 1
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 190 −37
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,463 −2,951
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,796 −2,733
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,667 −218
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,153 −715
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,355 −738
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,464 1,139
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,464 1,139
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,120 0
10 Passiv ieħor 148,380 2,348
11 Kont tar-rivalutazzjoni 152,364 0
12 Kapitali u riżervi 71,671 1
Total tal-passiv 1,441,639 −2,923

Kuntatti midja