Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Ewrosistema
ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008

5 ta' Awissu 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Awwissu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 26 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 166 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 25 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 25 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 111.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 688.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 21.4 biljun għal EUR 59.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 9.5 biljun għal EUR 465.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 175.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 166 biljun. Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun. Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) baqgħa prattikament kif kien viċin iż-żero, waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, li kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.2 biljun għal EUR 214.7 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Għandu jiġi nnutat li fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tal-25 ta’ Lulju 2008 (ippubblikat fid-29 ta’ Lulju 2008) il- passiv għal residenti mhux fiż-żona ta’ l-euro denominat f’euro (il-partita nru. 6 tal-passiv) kellu juri bilanċ ta’ EUR 77,912 miljun, minflok EUR 77,986 miljun, u li l- passiv għal residenti mhux fiż-żona ta’ l-euro denominat f’valuta barranija (il-partita nru. 8 tal-passiv) kellu juri EUR 16,409 miljun, minflok EUR 16,335 miljun.

Għalhekk, it-tibdil attwali minn ġimgħa għal ġimgħa f’dawn il-pożizzjonijiet huwa żieda ta’ EUR 956 miljun u EUR 1,916 miljun rispettivament.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 208,342 −26
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,858 1,322
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,276 48
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
127,582 1,274
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 54,698 −230
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,401 1,241
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,401 1,241
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 466,022 −9,497
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 165,999 −9,501
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 300,018 2
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −1
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 5 3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 35,232 277
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111,658 −376
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,456 0
9 Assi oħra 377,895 952
Assi Totali 1,444,562 −6,337
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 688,625 4,775
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 214,824 6,154
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 214,732 6,176
2.2 Faċilità ta’ depożitu 87 13
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 5 −35
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 227 −27
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,414 −21,371
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 59,529 −21,440
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,885 69
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,868 956
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,093 −816
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,325 1,916
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 18,325 1,916
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,120 0
10 Passiv ieħor 146,032 2,076
11 Kont tar-rivalutazzjoni 152,364 0
12 Kapitali u riżervi 71,670 0
Total tal-passiv 1,444,562 −6,337
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja