Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-2 ta’ Mejju 2008

6 ta' Mejju 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Mejju 2008 id- deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 153.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal-EUR 110 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.4 biljun għal EUR 671.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 25.6 biljun għal EUR 57.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 2.7 biljun għal EUR 464.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ April 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 173 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 170 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Mejju 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) baqa’ prattikament l-istess fil-livell ta’ EUR 0.1 biljun.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 12.2 biljun għal EUR 209.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 209,643 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 137,964 −696
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 8,733 −21
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
129,231 −675
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,571 −571
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,255 365
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,255 365
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 465,039 −2,981
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 170,000 −3,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 295,007 6
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 27 26
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 5 −13
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 32,022 −2,810
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,015 665
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,009 −583
9 Assi oħra 351,256 526
Assi Totali 1,399,774 −6,085
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 671,693 7,433
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 209,303 11,939
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 209,077 12,202
2.2 Faċilità ta’ depożitu 73 −67
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 153 −196
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 176 −8
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,129 −25,265
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,564 −25,575
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,565 310
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,862 −210
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,664 776
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,454 −1,894
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,454 −1,894
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,148 0
10 Passiv ieħor 143,293 1,143
11 Kont tar-rivalutazzjoni 156,231 0
12 Kapitali u riżervi 71,821 1
Total tal-passiv 1,399,774 −6,085

Kuntatti midja